Il-Maltin huma lesti biex illejla jsegwu l-logħba bejn Malta u Ingilterra, f’partita għal kwalifikazzjoni tat-tazza tad-dinja 2018. Propju f’Londra se jkun hemm preżenti madwar 2,000 partitarju Malti, li huwa numru rekord għal partitarji Maltin li jmorru barra l-pajjiż biex isegwu lit-tim Nazzjonali Malti.
one.com.mt tkellem mal-ġurnalist sportiv Clinton Buhagiar li jinsab propju f’Londra għal din il-partitissima. Fi kliemu huwa stqarr li l-aspettativi tal-partitarji Maltin huma kbar għas-sempliċi raġuni li se nkunu qed nilgħabu kontra t-tim Ingliż. Buhagiar fisser kif in-numru kbir ta’ partitarji għandu jinkorraġġixxi lill-plejers Maltin li se jkunu qed jilgħabu f’logħba daqsekk importanti kontra l-Ingilterra.
F’dan il-kumment, Clinton Buhagiar, spjega dik li hija formazzjoni probabli għall-logħba tal-illejla f’Wembley Stadium, iżda stqarr li l-plejers għan-nofs il-grawnd u d-difensuri ċentrali għadhom mhux ikkonfermati.