Numru ta’ ċittadini mħassba dwar id-deċiżjoni li n-nisa jkollhom bżonn preskrizzjoni tat-tabib għall-morning-after pill , qed jagħmlu petizzjoni onlajn indirizzata lill-Membri Parlamentari. Din il-petizzjoni diġa ffirmawha aktar minn 140 persuna.
L-għan wara din il-petizzjoni huwa li jesprimu d-diżappunt tagħhom dwar il-fatt li mara li tkun trid tixtri l-morning-after pill ikollha bżonn il-preskrizzjoni tat-tabib. Fi kliemhom dan ifisser li dan ser jaffetwa d-drittijiet tan-nisa fis-soċjeta, u li dawn ir-rakommandazzjonijiet jmorru kontra l-ugwaljanza bejn is-sessi. Huma stqarru li mara għandu jkollha d-dritt li tagħmel id-deċiżjoni hi ta’ x’inhu l-aħjar għaliha.
Din il-petizzjoni tgħid, kif mara tuża l-morning-after pill f’każi ta’ emerġenza u bħala l-aħħar għażla.
Huma spjegaw ukoll kif mara għandha tieħu din il-pillola b’urġenza biex tevita kumplikazzjonijiet u li l-ħin li se jkunu qed jieħdu biex iġibu l-preskizzjoni tat-tabib se jkun qed jagħmel dan il-proċess aktar diffiċli.
“In-nisa għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet huma”
Fi kliemhom, esprimew li l-preskrizzjoni taf tagħti d-dritt lit-tobba biex jiġġudikaw il-ħajja sesswali tan-nisa . Din il-petizzjoni tagħmel referenza wkoll għal kif din id-deċiżjoni ma tinkludiex lill-vittmi ta’ abbuż sesswali, li ħafna drabi ma jmorrux għand l-Awtoritajiet għaliex jibżgħu, u li f’dan il-każ mhux se jkollhom l-aċċess għall-morning-after pill.
“Vot favur ir-rakkomdazzjonijiet, ifisser vot kontra n-nisa”