Fl-aħħar sigħat, fiequ 283 oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 93 każ minn fost 2,928 test.
Dan ifisser li kważi 96.8% tat-testijiet li saru ġew negattivi u 3.2% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 800,827 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw 171,873 tilqima. Minnhom, 50,050 ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, mietu tliet persuni li kienu pożittivi għall-Covid-19; anzjana ta’ 71 sena u raġel ta’ 46 fl-Isptar Mater Dei, u anzjan ta’ 77 sena fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.