Kumar Sanjeev ta’ tnejn u tletin sena li jgħix is-Swieqi ingħata sentenza sospiża wara li kien mixli b’pussess ta’ pornografija tat-tfal.
Fil-Qorti, l-Ispettur Roxanne Tabone qalet kif l-Indjan inqabad b’ritratti pornografiċi ta’ tifla taħt l-età u għalhekk ittella’ l-Qorti.
Sanjeev wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u ngħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiża għal erba’ snin.