Dr Lydia Abela nħatret President ta’ Special Olympics Malta.
Fi stqarrija, il-bord eżekuttiv ta’ Special Olympics ħabbar dan u d-Direttur Nazzjonali ta’ Special Olympics Malta, Anna Calleja, qalet li huwa ta’ unur li mart il-Prim Ministru ngħaqdet mal-familja kbira ta’ Special Olympics Malta.
Is-sena li ġejja Malta mistennija tilqa’ l-logħob internazzjonali ta’ Special Olympics u dwar dan iż-żmien eċitanti, Calleja qalet li qed tħares ’il quddiem sabiex jingħata dak kollu possibbli lil kull atleta ħalli jiġi żviluppat il-potenzjal tagħha.
F’laqgħa li kellha mal-atleti kif ukoll mal-ġenituri, Dr Lydia Abela qalet li hija onorata li se tkun qiegħda taħdem mat-team eċċellenti ta’ Special Olympics.
Dr Abela qalet li se tkun qed taħdem sabiex tinvesti fl-atleti tagħna li dejjem għamlu ġieħ lil pajjiżna.