Il-Viċi-President tal-Istati Uniti Kamala Harris se tħares il-kontroll fejn jidħol il-moviment tal-migranti fil-fruntiera tan-Naħa t’Isfel tal-Amerka minħabba influss qawwi ta’ wasliet ġodda.
Rapporti qed jisħqu li l-wasliet tal-migranti fl-Istati Uniti mill-Amerika t’Isfel żdiedu kemm ilu li nbidel il-President Amerikan. Joe Biden innifsu ddeskriva l-biċċa xogħol li ta lil Harris bħala waħda iebsa, iżda żied li hija l-aktar persuna kwalifikata biex tagħmel dan.
Hu mifhum li bħalissa hemm mijiet ta’ persuni, inkluż minuri, li qed jinżammu fil-faċilitajiet ta’ detenzjoni tal-immigranti.