Il-Kap tal-Oppożizzjoni ma jitlifx okkażjoni waħda biex ikun distruttiv fuq pajjiżna.
Fi stqarrija l-Partit Laburista li llum Simon Busuttil irnexxilu jkun l-unika vuċi negattiva waqt il-konferenza tal-EY li kkonfermat kif l-investituri barranin f’pajjiżna jaraw lil Malta attraenti u tant għandhom fiduċja li jemmnu li 10 snin oħra se jkunu għadhom joperaw hawn.
Fl-istess jum, Busuttil ħa l-opportunita li jtkellem kontra Malta wkoll waqt laqgħa mal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u saħansitra ta parir lil Frans Timmermans x’għandu jagħmel b’pajjiżna. Bit-ton tipikament partiġjan tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni reġa esprima ruħu kontra l-proġett għall-qalba tal-gass u kontra l-investiment għall-isptarijiet ġodda.
Waqt li Simon Busuttil kien qed isemmi id-diżastri li skont hu għaddejjin f’pajjiżna, l-istess Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea qal li huwa impressjonat b’Malta u bir-reputazzjoni pożittiva li jgawdi l-Prim Ministru Malti fost il-kollegi tiegħu Ewropej.
M’hemmx kliem oħra li jiddeskrivu lil Simon Busuttil, sostna l-Partit Laburista: bitter u politikament iddisprat.