Fl-aħħar sigħat tneħħa l-aħħar rig antik mit-tarzna ta’ Palumbo fil-Port il-Kbir.
F’operazzjoni ta’ madwar sagħtejn dan ir-rig li kien ilu hemm għal snin twal tneħħa.
F’Jannar li għadda, il-Gvern ħabbar li se jkun qed ineħħi dawn l-istrutturi li ilhom ħafna żmien hemmhekk fit-tarzna, li anke kienu qed jkerrħu dan il-port.
B’dak li ħabbar il-Gvern, operaturi li jpoġġu riggijiet jeħtieġu jitolbu estensjoni kull xahrejn biex iżommu r-rig.
Ir-rig antik Atwood Aurora salpa lejn Pula fil-Kroazja.