Il-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji laqgħet l-estensjoni tad-diferiment tat-taxxi u l-moratorja tan-negozji li ħabbar il-Gvern ftit sigħat ilu.
Fi stqarrija l-Kamra rringrazzjat lill-Ministri Clyde Caruana u Miriam Dalli hekk kif sostniet li d-diskussjonijiet li kellhom magħhom favur din l-għajnuna issa ħallew il-frott.
Sostniet li l-miżuri li tħabbru huma pass ieħor fid-direzzjoni t-tajba u huma perfettament addattati għall-bżonnijiet tal-membri tagħha. Dan hekk kif l-estensjonijiet se jipprovdu aktar viżibbiltà għaż-żmien li ġej u ċertezza dwar likwidità.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/03/24/il-gvern-ihabbar-estensjoni-tad-diferiment-tat-taxxi-ghan-negozji-sal-ahhar-tas-sena-1/