Erba’ rġiel mill-Ġorġja li għandhom bejn id-39 u d-49 sena li jgħixu l-Qawra nżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti akkużati b’numru ta’ serqiet mid-djar li seħħew bejn is-6 u d-19 ta’ Marzu li għadda.
Il-Prosekuzzjoni kienet immexxija minn Joseph Mercieca u Saviour Baldacchino u spjegat kif dawn l-erbat irġiel serqu min numru ta’ appartamenti, fejn serqu flus u ġojjelli.
L-erbat irġiel wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.
Il-pulizija kienet qalet li dawn l-erba’ rġiel ġew arrestati t-Tnejn filgħodu wara intervent minn pulizija li nzerta ma kienx xogħol u nnota l-vettura tal-imputati li kienet ilha mfittxija għal diversi jiem.