Persuna li kienet għaddejja l-Imtarfa kellha sejba mhux tas-soltu kmieni dalgħodu hekk kif lemħet għasfur protett, Astun Iswed, ferut.
Fi stqarrija, il-BirdLife Malta, qalet kif din hi l-aktar vittma riċenti f’episodju ieħor ta’ kaċċa illegali hekk kif l-Astun Iswed hija tajra tal-priża u għalekk protetta fl-Ewropa.
Jidher li t-tajra kienet fi triqitha lejn in-naħa ta’ Fuq tal-Ewropa biex tbejjed.
Mas-sejba fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-Pulizija fejn ġabru l-għasfur u għaddewh għand veteritarju.