Il-Gvern Skoċċiż ippubblika abbozz ta’ liġi biex isir referendum ieħor għall-indipendenza tal-Iskozja minn mar-Renju Unit.
L-abbozz qed jipproponi l-istess mistoqsija li saret fl-2014 u l-pjan hu li r-referendum isir wara li tgħaddi l-pandemija.
Id-deputati Konservattivi, tal-Partit Laburista u tal-Partit Liberali Demokratiku qed jopponu dan ir-referendum hekk kif qed isostnu li l-prijorità tal-Iskozja għandha tkun li tirkupra mill-pandemija u mhux biex tara kif se tfendi għal rasha.
Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson kien saħaq li seba’ snin ilu l-kwistjoni dwar l-indipendenza tal-Iskozja kienet issolviet hekk kif il-maġġoranza tal-poplu Skoċċiż għażel li jibqa’ magħqud mar-Renju Unit.
Ritratt: Getty Images