Osanebi Ejiro ta’ 27 sena min-Niġerja ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li fil-Qorti kien indeċiż jekk jammettix jew le dwar traffikar ta’ droga kannabis.
L-akkużat niżel għarkupptejh quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia u qal li din kienet l-ewwel darba li kien qed jirfes l-għabta tal-Qorti.
Huwa ġie mixli li għall-ħabta tal-10:30 tal-Ħadd filgħodu biegħ jew traffika d-droga kannabis fi ġnien fi Triq Patri Felicjan Bilocca, u wettaq reat f’distanza ta’ mitt metru ta’ post fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ.
Fi tfittxija fir-residenza tiegħu f’Birżebbuġa instabu oġġetti relatati mat-traffikar tad-droga. Fost l-oħrajn miżien, pakketti żgħar vojta u madwar disa’ mitt ewro fi flus kontanti.