Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, reġa’ tkellem dwar ħaddiema żejda fis-servizz pubbliku.
F’diskors wara preżentazzjoni dwar Malta u l-investiment fejn irriżulta kemm Malta qed taspira l-fiduċja tal-investituri, Busuttil kien l-uniku vuċi negattiva.
B’mod partikolari meta semma l-ħaddiema fis-settur pubbliku. Qal li l-ħaddiema fis-servizz pubbliku mhux jonqsu u li din hija biċċa inkwiet. Anke jekk jirriżulta li l-proporzjon tal-ħaddiema fis-settur pubbliku naqas meta mqabbel mat-total ta’ nies jaħdmu.
Filwaqt li l-ħaddiema li l-maġġoranza li daħlu jaħdmu ġodda kienu f’servizzi essenzjali bħal infermiera u għalliema, fost oħrajn. Iżda, lill-Kap tal-Oppożizzjoni dan kollu jinkwetah. Għax qed nonfqu wisq.
Fil-preżentazzjoni lill-imsieħba soċjali b’rabta mad-dokument ta’ qabel il-baġit Simon Busuttil tefa lill-ħaddiema tal-gvern taħt is-sezzjoni ta’ kontroll fl-ispiża. Fejn jingħad li l-ispża tonqos billi jkunu indirizzati l-ħaddiema “eċċessiv” fis-settur pubbliku.
Wara fl-aħħar iem qal li ma ppubblika xejn, issa reġa’ tenna li l-ħaddiema fis-settur pubbliku huma problema.