Koppja Ingliża fittxet lill-NHS għad-danni wara li ma ntebħux li t-tarbija tagħhom kienet se titwieled b’diżbiltà severa.
L-omm, Amanda Mc Guinn, qiegħda tinsisti li kieku kienet taf, kienet tagħmel abort. Hi u żewġha, li għandu 38 sena, qiegħdin ifittxu s-servizzi tas-saħħa, u jgħid li seħħet “wrongful birth”. Dan fil-konfront ta’ binthom Matilda, li twieldet bl-2008 u llum għandha tmien snin, u li għandha microcephaly.
Kundizzjoni li twaqqaf l-iżvilupp tal-moħħ, tikkawża diżabiltà, tnaqqas l-użu tajjeb tal-ġisem, tnaqqas l-abiltà li wieħed jitkellem, tbiddel il-fatizzi tal-wiċċ, tikkawża aċċessjonijiet u tnaqqas l-ammont ta’ snin li wieħed mistenni jgħix. Dan fost sfidi oħra. Hija kundizzjoni li dan l-aħħar smajna bihom minħabba li huma l-istess li jirriżultaw fil-vittmi tal-virus Zika.
Il-ġenituri Ingliżi qiegħdin jinsistu li t-tobba kienu traskurati u ma ntebħux b”abornmalitajiet’ qabel twieldet Matilda. Jgħidu wkoll li permezz ta’ djanjożi tajba, il-problemi kienu jfeġġu fl-iscans wara 30 jew 35 ġimgħa tqala. Il-ġenituri kienu jmorru għall-pariri u kienu jkunu f’pożizzjoni jaraw iridux abort.