Matul il-ġurnata tal-Ħadd l-Armata Libjana kissret ċirku ieħor tat-traffikar tal-bnedmin fir-raħal ta’ Nasmah, biswit Bani Walid.
F’dan ir-rejd is-suldati Libjani arrestat 16-il persuna li huma maħsuba li kienu qed imexxu dak iċ-ċirku ta’ traffikar tal-bnedmin mil-Libja lejn l-Ewropa. F’dan ir-rejd inħelsu wkoll 85 immigrant ta’ nisel Afrikan u inqerdu wkoll faċilitajiet li kienu jintużaw fit-traffikar tal-fjuwil.
Dan ir-rejd tal-Ħadd segwa numru ta’ rejds oħra kkordinati mill-Armata Libjana matul il-ġimgħa li għaddiet fiż-żona li tinsab fin-Nofsinhar tal-kapitali Libjana, Tripli.