Il-premju Nobel għall-Paċi intrebaħ mill-President tal-Kolombja Juan Manuel Santos, għall-isforzi tiegħu biex jintemm il-kunflitt ta’ pajjiżu kontra ribelli estremisti xellugin, li kien ilu 52 sena.
Il-kumitat li jagħti l-premju, bbażat il-Norveġja, faħħar lil Santos għall-ftehim li laħaq ma’ ribelli Farc ix-xahar li għadda, wara erba’ snin ta’ negozjati. Ta’ min jinnota, pero’, li l-poplu tal-Kolombja m’aċċettax dan il-ftehim, f’referdum li sar fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.
F’dan il-kunflitt mietu 260,000 persuna u aktar minn sitt miljuni kellhom iħallu djarhom.