Rapporti fil-midja dalgħodu qed jirreferu għall-mod kif qed ikun allegat li l-kumpanija li tmexxi t-Times of Malta frodat madwar €750,000 lill-Malta Enterprise.
Il-Malta Enterprise hija entità tal-istat li ġġib l-investiment lejn Malta u li tgħin in-negozji.
Minn dak irrappurtat jirriżulta li huwa fi programmi ta’ din it-tip ta’ għajnuna li l-abbuż tat-Times of Malta seta’ seħħ.
Il-gazzetta Illum irrappurtat li l-inkjesta tal-Maġistrat li waslet biex diversi persuni tressqu l-Qorti b’rabta ma’ korruzzjoni u ħasil ta’ flus, is-Sibt filgħaxija, talbet ukoll investigazzjoni fuq Michel Rizzo, id-Direttur Maniġerjali ta’ Allied Newspapers.
Kien irrappurtat kif fi programm ta’ għajnuna it-Times of Malta ħadet madwar miljun u seba’ mitt elf ewro u minn dak indikat jidher li dan l-ammont seta’ kien riżultat ta’ qerq minn naħa tat-Times of Malta.
Fost il-persuni li tressqu l-Qorti s-Sibt filgħaxija hemm Vince Buhagiar li kien imexxi t-Times of Malta.
Jirriżulta li Adrian Hillman, li wkoll kellu l-istess pożizzjoni mistenni jinġieb Malta biex ukoll jiffaċċja akkużi simili.
Intant fost il-ħdax -il persuna li tressqu l-bieraħ il-Qorti kien hemm ukoll Keith Schembri.
Dan ukoll b’rabta ma’ investigazzjoni li bdiet b’rabta ma’ allegat korruzzjoni ta’ xiri ta’ makkinarju fl-istamperija tat-Times diversi snin ilu.