Il-kumpanija Virtu Ferries ħabbret investiment ta’ €75 miljun ewro, bl-iffirmar ta’ ftehim ma’ Incat Tasmania għall-bini ta’ katamaran li jopera fir-rotta bej Malta u Sqallija.
Dan il-vapur se jibda joffri servizz lejn l-aħħar tal-2018. Dan se jkun l-ikbar Catamaran tat-tip tiegħu li qatt inbena għall-Mediterran, u t-tieni l-ikbar fid-dinja. Se jesa’ 900 passiġġier u jkollu erba’ spazji lussużi, żewġ decks u post fejn wieħed ipoġġi fuq barra. Il-garaxx jesa’ 23 trailer kummerċjali – l-ekwivalenti ta’ 167 karozza.
L-istess bħal ma jdum il-katamaran attwali Jean De La Vallette, il-katamaran il-ġdid se jdum 90 minuta biex jaqsam il-fliegu bejn iż-żewġ gżejjer.