Minn mixja ħdejn il-baħar wara parir mediku, nibtet l-idea li jibda l-avventura tiegħu jipproduċi l-inbid.
Mark Cassar. Huwa l-unika produttur tal-inbid f’Malta u wieħed mill-ftit minn madwar id-dinja li jipproduċi l-inbid bil-metodu li jissejjaħ qvevri.
Dan il-proċess jinkludi l-użu ta’ ġarar tat-terrakotta li jintradmu fir-ramel taħt l-art – sistema li hi protetta mill-UNESCO bħala wirt intanġibbli.
Filwaqt li l-qtugħ tal-għeneb isir fl-istaġun tiegħu, l-istess għenba li nqatgħet ftit tal-ġimgħat ilu se titrasforma fi flixkun inbid tliet snin oħra.
Lil’hinn mill-inbid tradizzjonali, il-produzzjoni ta’ dan l-inbid huwa wieħed naturali mingħajr ebda użu ta’ pestiċidi.
Tant hu hekk, li huwa l-inbid perfett għal min jgħid li l-inbid tas-soltu jqabdu uġigħ ta’ ras jew għal min ibati minn xi allerġija, għandu dieta vegana jew veġitarjana.
Għalkemm dan il-proċess hu weħed twil, Mark Cassar qalilna li jnessih kull inkwiet u li llum il-ġurnata din il-ħidma hi l-unika mediċina li għandu bżonn.