Bosta stati membri tal-Unjoni Ewropea tennew li ser jissokktaw bit-tilqim tal-AstraZeneca wara li r-regolatur mediku tal-Unjoni Ewropeja kkonferma li l-vaċċin huwa sigur u effettiv u ma hemm l-ebda konnessjoni bejn il-kundizzjoni tat-trombożi u t-tilqima.
Fost dawn il-pajjiżi hemm il-Ġermanja, Franza, Spanja, l-Italja, l-Olanda, il-Portugall, il-Litwanja, il-Latvja, l-Islovenja u l-Bulgarija.
Il-Ħamis, Franza kienet l-aħħar pajjiż li żiedet miżuri aktar stretti relatati mal-COVID-19 wara li l-Gvern Franċiż ħabbar lockdown ta’ xahar fil-belt ta’ Pariġi u diversi reġjuni oħra.
Il-Kap tal-Aġenzija Emer Cooke il-Ħamis iddikjara li l-vaċċin huwa sigur wara bosta investigazzjonijiet xjentifiċi li saru.
https://www.one.com.mt/2021/03/18/l-ema-tikkonkludi-li-l-vaccin-tal-astrazeneca-huwa-sigur/