Minn tal-inqas 13-il persuna nqatlu waqt attakk fuq għadd ta’ pulizija li sar minn suspettat grupp kriminali fiċ-ċentru tal-Messiku.
Il-vittmi kienu kollha uffiċjali tal-Pulizija u aġenti mill-uffiċċju tal-prosekutur tal-istat.
L-attakk seħħ f’Coatepec Harinas, fl-Istat tal-Messiku.
Bosta ritratti ġew imxerrda fuq il-midja soċjali fejn urew vetturi tal-pulizija milquta b’diversi tiri kif ukoll iġsma bla ħajja fil-ġenb tat-toroq.
S’issa ebda grupp għadu ma refa’ r-responsabbiltà b’rabta ma’ dan l-attakk.