Raġel ta’ 37 sena mill-Fgura ġie arrestat b’rabta ma’ serq minn numru ta’ vetturi.
L-arrest sar wara diversi ġimgħat ta’ investigazzjonijiet u osservazzjoni, il-pulizija identifikaw lir-raġel li allegatament wettaq dan is-serq u ġie arrestat immedjatament.
Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li l-każijiet ta’ serq seħħew bejn il-15 u s-16 ta’ Marzu, 2021; minn ġo karozza fi Triq Mikiel Calleja, Raħal Ġdid u minn żewġ vannijiet fi Triq Kent, Fgura.
Ir-raġel qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Floriana u mistenni jitressaq il-Qorti aktar tard illum f’nofsinhar quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Marseanne Farrugia.