L-Italja, il-Latvja u l-Litwanja qalu li se jkomplu jagħtu t-tilqima tal-AstraZeneca għal kontra l-Covid-19.
Dan wara li aktar kmieni l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (l-EMA) qalet li din it-tilqima hija sigura u effettiva.
L-awtoritajiet Żvediżi qalu li se jieħdu deċiżjoni dwar it-tilqima tal-AstraZeneca l-ġimgħa d-dieħla.
Numru ta’ pajjiżi Ewropej kienu ssospendew it-tilqim tal-AstraZeneca wara li kien hemm rapporti li dan il-vaċċin jista’ jikkawża trombożi iżda l-EMA qalet li ma hemm l-ebda rabta bejn l-iżvilupp ta’ trombożi u t-tilqim bil-vaċċin tal-AstraZeneca.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/03/18/l-ema-tikkonkludi-li-l-vaccin-tal-astrazeneca-huwa-sigur/