Iż-żewġ qassisin Għawdxin mixlija bi stupru u abbuż sesswali t’abbati li kien minorenni ngħataw il-libertà proviżorja fuq numru ta’ kundizzjonijiet.
ONE News hu infurmat li ż-żewġ saċerdoti, li issa isimhom ġie projbit fuq ordni tal-Qorti, ingħataw il-ħelsien mill-arrest.
Huma ġew ordnati biex ma jkellmux jew javviċinaw lill-allegat vittma u li jekk jiksru xi waħda mill-kundizzjonijiet imposti fuqhom jeħlu multa ta’ sebat elef ewro u jew priġunerija ta’ sentejn ħabs.
Iż-żewġ saċerdoti ġew ordnati jiffirmaw f’għassa tal-pulizija.
Fil-ġimgħat li għaddew kien ġie miċħud ir-rikors għall-ħelsien mill-arrest taż-żewġ qassisin.
Il-kumpilazzjoni fil-każ taż-żewġ qassisin qed tkompli tinstema’ fil-magħluq quddiem il-Maġistrat Bridgette Sultana.