Minn nhar it-Tnejn li ġej il-Bulgarija se tkun qed tagħlaq l-iskejjel, ristoranti u ċentri tax-xiri għal għaxart ijiem.
Dan se jsir bi sforz biex jitrażżnu n-numri li qed jiżdiedu tal-infezzjonijiet tal-COVID-19.
Iż-żieda fin-numri qed jitfgħu pressjoni fuq l-isptarijiet fil-Bulgarija.
Fl-4 ta’April li ġej se ssir l-elezzjoni ġenerali u f’jum wieħed ġew irrappurtati aktar minn 4,20 każ ġdid filwaqt li mietu 136 persuna fl-aħħar 24 siegħa.