Fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili, l-Imħallef warrab it-talba ta’ raġel li żamm lill-Istat responsabbli hekk kif ma jistgħux jittieħdu passi kontra missieru u l-mara ta’ missieru fuq allegat stupru.
Illum dan ir-raġel għandu disgħa u ħamsin sena u allega li meta kellu ħdax-il sena ġie abbużat sesswalment minn missieru u mis-sieħba tiegħu li mbagħad missieru żżewweġ.
L-Imħallef Francesco Depasquale nnota kif il-preskrizzjoni b’rabta ma’ stupru u reati sesswali hija ta’ ħmistax-il sena u dan il-każ involut seħħ tmienja u tletin sena ilu.
Sostna kif ir-raġel naqas li jibda l-proċeduri kriminali fiż-żmien stipulat u ma jistax iwaħħal fl-Istat li naqas milli jipproteġih.