Fl-aħħar sigħat fiequ 193 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 211-il każ minn fost 4,053 test.
Dan ifisser li 94.8% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 5.2% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 767,446 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 130,861 doża.
Minnhom, 40,859 persuna ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa tliet anzjani rġiel ta’ 83 sena, 68 sena u 62 sena rispettivament u anzjana ta’ 84 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.