Arkeoloġisti Iżraeliti sabu fdalijiet ta’ siltiet bibliċi li jmorru lura għal kważi elf u disa’ mitt sena.
Dawn instabu f’għar fid-deżert.
Il-fdalijiet li nstabu huma l-ewwel biċċiet ta’ kitba ta’ din ix-xorta li nstabu waqt skavar matul dawn l-aħħar 60 sena fil-belt ta’ Ġerusalemm.
Infatti nstabu artifatti li jmorru lura għat-tieni seklu Wara Kristu.
Instabu wkoll kitbiet miktuba bil-Grieg li huma parti mill-Bibbja tal-Lhud.
Huwa mifhum illi l-kitba li nstabet hija Griega u ġejja mill-kotba bibliċi ta’ Żakkarija u Nahum.
Jidher illi l-fdalijiet kienu ġew moħbija taħt it-tmexxija tal-Imperu Hadrian bejn is-snin 132 u 134 Wara Kristu.