Sabiex tkun tista’ toffri servizz aħjar lill-istudenti, Malta Public Transport introduċiet ir-rotta 30, li hi rotta ġdida li topera mill-waqfa Bombi sal-università u tieqaf fil-waqfa Kulleġġ fl-Imsida. Din ir-rotta ġdida, li topera mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-07:00 u l-10:00, toffri servizz dirett għall-istudenti ta’ Junior College u l-Università ta’ Malta.
“Qiegħdin naraw żieda fin-numru ta’ studenti li qed jagħżlu li jivjaġġaw bil-karozza tal-linja,” saħaq Daniel Grech, Direttur Kummerċjali ta’ Malta Public Transport. “Introduċejna dan is-servizz ġdid sabiex noffru lill-istudenti mod alternattiv u aktar faċli biex jaslu l-Junior College u l-Università mill-wara tal-Bombi, li tintuża’ ħafna f’ċerta ħinijiet.”