Il-Knisja Kattolika ma tistax tbierek żwieġ jew għaqda bejn persuni tal-istess sess.
Huwa “impossibbli” li Alla jbierek “dnub” qalet il-Kongregazzjoni għad-Dutrina tal-Fidi.
Minkejja dan, il-Knisja innutat elementi pożittivi li ġġib magħha relazzjoni bejn koppji tal-istess sess.
F’Ottubru li għadda l-Papa Franġisku kien qal li hu jaħseb li koppji tal-istess sess għandhom jitħallew jingħaqdu f’unjoni ċivili.
Intant il-Papa tenna li huwa approva r-rispons tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi u qal li dan sar mhux b’intenzjoni ħażina jew diskriminatorja imma sabiex jitfakkar dak li jgħid ir-rit liturġiku.