Je Me Casse.
Skużawni għall-Franċiż tiegħi jingħad f’din il-kanzunetta.
Din hija l-kanzunetta Maltija għall-Eurovision Song Contest li ġej li se jsir f’Mejju f’Rotterdam, anki taħt miżuri tal-awtoritajiet minħabba l-imxija.
Destiny tinterpreta kanzunetta electro pop u li ġġagħlek tiżfen magħha.
Il-vidjo mużikali tal-kanzunetta ħareġ it-Tnejn waranofsinhar.
Mill-ewwel spikkaw reazzjonijiet pożittivi għall-kanzunetta ta’ Malta li tidher li mill-bidu tidher li se tkun fost l-aktar segwita fl-edizzjoni ta’ din is-sena.
Fil-fatt tant il-kanzunetta ntlaqgħet tajjeb li d-djar tal-imħatri mill-ewwel poġġew lill-pajjiżna mal-ewwel tliet postijiet għar-rebħ tal-Eurovision.
Destiny se tkun qed tikkompeti b’din il-kanzunetta fl-ewwel semi finali tal-Eurovision, fit-tmintax ta’ Mejju li ġej.