Fl-aħħar sigħat fiequ 316-il persuna oħra mill-Coronavirus u 213-il każ minn fost 3,870 testijiet.
Dan ifisser li 94.5% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 5.5% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 758,930 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 122,366 doża. Minnhom, 39,695 persuna ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa tliet anzjani tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19 fosthom anzjana ta’ 82 sena u oħra ta’ 69 sena u anzjan ta’ 84 sena.