Żewġ anzjani jinsabu fil-periklu tal-mewt wara li kienu involuti f’inċident bejn żewġ karozzi f’San Ġwann stess.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-għaxra u nofs fi Triq Bella Vista.
Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li l-inċident seħħ permezz ta’ ħabta bejn karozza tal-għamla Nissan Qashqai misjuqa minn raġel ta’ 45 sena li jgħix Għargħur u karozza oħra tal-għamla Toyota Starlet misjuqa mir-raġel ta’ erbgħa u tmenin sena u miegħu kien hemm passiġġiera ta’ mara ta’ sebgħa u sebgħin sena.
Fuq il-post marru membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, tim mediku u ambulanza li ħadet liż-żewġ anzjani l-isptar.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit.