Fernandes Thomas Sylvestre, Franċiż ta’ 27 sena ammetta li ppreżenta ċertifikat falz tal-Covid-19 waqt li pprova jitla’ fuq titjira minn Malta mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Fil-Qorti, l-Maġistrat Claire Stafrace Zammit saħqet li din hija akkuża relatata ma’ falsifikar u hija waħda serja.
Fil-Qorti, l-akkużat skuża ruħu għall-għemil tiegħu bl-Avukat Dr. Charmaine Cherrett spjegat li l-ġuvni ma laħaqx ħariġlu r-riżultat tat-test tal-Covid-19 bil-konsegwenza li ppanikja u pproduca riżultat falz.
Il-Qorti sabet lir-raġel ħati u ngħata multa ta’ €800.