Il-proposta kontroversjali għal liġi ġdida li tipprojbixxi l-abort fil-Polonja jidher li se tiġi irtirata hekk kif riżultat ta’ protesti kbar li saru fl-istess pajjiż, numru ta’ politikanti mill-partit tal-Ġustizzja, PiS, mhumiex qed jappoġġjaw din il-liġi.
Il-Kumitat tal-Ġustizza u drittijiet umani, li jirrevedi liġijiet ġodda, irrakomanda lill-Parlament biex ma jdaħħalx din il-liġi.
Kienu madwar 30,000 mara li b’ilbies iswed niżlu fit-toroq jipprotestaw bħala parti minn strajk Nazzjonali kontra l-introduzzjoni ta’ din il-liġi l-ġdida li tipprojbixxi l-abort. Għal din il-protesta niżlu wkoll jipprotestaw numru ta’ rġiel.
Intuża l-kulur iswed bħala simbolu ta’ vistu, vistu mhux għat-tarbija fil-ġuf iżda għat-telf tad-drittijiet riproduttivi.
Dan il-pajjiż għandu liġijiet stretti fejn jidħol l-abort, it-terminazzjoni tat-tqala tista’ ssir biss jekk kumplikazzjonijiet fit-tqala li jpoġġu fil-periklu l-ħajja tal-omm jew jekk it-tqala tkun riżultat ta’ stupru. Il-proposta ta’ din il-liġi ġdida, tneħħi wkoll dawn id-‘drittijiet’ u tista’ twassal għal sentenza ta’ ħabs.