Patrick Mangion ta’ sebgħa u erbgħin sena mill-Belt u Brian Agius ta’ wieħed u erbgħin sena mis-Siġġiewi nżammu arrestati wara li affaċċjaw akkużi b’rabta ma’ serqa minn dar f’Ħal Qormi fil-bidu ta’ dan ix-xahar.
Fil-Qorti nstema’ kif il-Pulizija waslet għall-akkużati minn filmati ta’ kameras tas-sigurtà, u l-irġiel ġew arrestati l-Ġimgħa.
Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għat-talba tal-ħelsien mill-arrest minħabba l-kondotti tal-akkużati, u minħabba li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
L-Avukati Franco Debono u Amadeus Cachia li rrapreżentaw lil Brian Agius innutaw li l-akkużat sempliċimeny wassal lill-persuni li allegatament wettqu r-reat, siegħa qabel ma seħħet is-serqa.
L-irġiel se jinżammu arrestati u l-każ ġie diferit għal jum ieħor.