Salvu Dalli ta’ 68 sena, magħruf bħala d-Dangerman inħeles mill-arrest wara li ta d-dokumenti meħtieġa.
Dalli jinsab akkużat bil-qtil ta’ ibnu Antoine Dalli, f’Awwissu li għadda f’Ħal Għaxaq.
Fi Frar li għadda, Salvu Dalli ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’ €30,000.
Xahar wara, Dalli baqa’ jinżamm arrestat wara li din il-garanzija kienet għadha ma ngħatatx.