F’direttivi l-ġodda ppubblikati mill-Kurja, ħeġġet lill-ġenituri sabiex il-magħmudijiet isiru wara l-11 t’April. Il-Kurja qalet kif dawk li għal xi raġuni jridu jagħmlu l-magħmudija qabel din id-data, jista’ jsir biss ir-rit tal-magħmudija mingħajr ebda quddies u jista’ jkun hemm preżenti numru żgħir ta’ nies.
Il-Kurja qalet ukoll kif il-knejjes madwar Malta u Għawdex se jibqgħu miftuħa biss għall-qima tal-pubbliku, iżda mhux permess li jsir quddies jew attività li fiha jkun hemm preżenti n-nies.
Intqal kif jistgħu jsiru funerali u jistgħu l-ammont ta’ nies li jistgħu jattendu se jvarja skont il-kobor tal-Knisja iżda m’għandux ikun hemm iżjed minn 100 persuna.