L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, l-EMA qalet li m’hemm ebda indikazzjoni li l-vaċċin ta’ kontra l-Covid-19 tal-AstraZeneca jikkawża għoqiedi tad-demm.
Dan wara rapporti fejn ġie allegat li numru żgħir ta’ nies li ħadu din it-tilqima żviluppawlhom għoqiedi fid-demm.
L-Aġenzija kompliet tgħid li l-benefiċċji ta’ dan il-vaċċin huma ħafna ikbar minn effetti oħra li l-vaċċin jista’ jħalli fuq il-ġisem tal-bniedem
Minkejja dan, xorta waħda għaddejjin investigazzjonijiet.
https://www.one.com.mt/2021/03/11/l-ebda-rapport-ta-reazzjoni-minn-persuni-fmalta-li-tlaqqmu-minn-kunsinja-partikolari-tal-astrazeneca/