Omar Djelassi ta’ erbgħa u għoxrin sena li jgħix f’Bormla inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li ħaraq il-vettura tal-eks sieħba tiegħu fis-sittax ta’ Diċembru tas-sena l-oħra fl-Isla.
Il-Prosekuzzjoni spjegat kif il-Pulizija arrestat lill-imputat wara li allegatament ġie intraċċat il-mobile tiegħu u b’hekk huwa deher li kien fuq il-post tar-reat fil-ħin li seħħ.
Fil-Qorti nstemà kif l-akkużat kien hedded lill-eks sieħba tiegħu kif ukoll lill-ommha permezz ta’ telefonati u messaġġi u b’hekk kiser kundizzjonijiet diġà imposti fuqu mill-Qorti.
Għall-vittmi deher l-Avukat Ishmael Psaila.