Fl-aħħar sigħat fiequ 338 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 283 każ minn fost 4,746 test.
Dan ifisser li 94% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 6% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 742,643 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 108,971 doża. Minnhom, 36,246 persuna ħadu t-tieni doża.
Intant fl-aħħar 24 siegħa tliet irġiel mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.
Dawn kienu jgħoddu 79 sena, 72 sena u 60 sena.
Dan filwaqt li mietet ukoll anzjana ta’ tmenin sena.