Illum, l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini mistennija tirrakkomanda l-approvazzjoni tar-raba’ vaċċin għal kontra l-Covid-19, dak tal-kumpanija Amerikana Johnson & Johnson.
Dan il-vaċċin mistenni se jingħaqad ma’ dak ta’ BioNtech u Pfizer, Moderna u AstraZeneca.
B’differenza, dan il-vaċċin tal-Johnson & Johnson jingħata f’doża waħda u mhux jinqasam fi tnejn bħat-tliet vaċċini l-oħra.
Lura lejn l-aħħar ta’ Diċembru tas-sena li għaddiet, l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini kienet approvat l-ewwel vaċċin, dak tal-Pfizer.
L-għada tal-Milied, l-ewwel dożi ta’ dan it-tilqim wasal ġewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u minn hemm beda proċess ta’ tilqim.
Minn dak iż-żmien s’issa tlaqqmu ħaddiema fis-settur tas-saħħa u ħaddiema oħra fuq quddiem tal-ġlieda kontra l-imxija bħal membri tal-pulizija, l-armata.
Ġew imlaqqma wkoll ħaddiema essenzjali bħall-għalliema fost oħrajn.
Dan flimkien ma’ anzjani u persuni vulnerabbli.
It-Tlieta li għadda, pajjiżna ta iżjed minn mitt elf doża.
Fost il-membri stati kollha tal-Unjoni Ewropea, pajjiżna laqqam l-iżjed nies.