Heritage Malta se tiftaħ il-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Mużew Marittimu u l-Forti Sant’Anġlu matul Birgufest fi tmiem il-ġimgħa. Il-preżż tad-dħul se jkun imraħħas għal żewġ ewro għat-tlieta li huma, filwaqt li tfal li għandhom inqas minn tnax-il sena jidħlu b’xejn.
Il-Palazz tal-Inkwiżitur u l-Mużew Marittimu se jiftħu sa tard, mit-08:30 sa nofsillejl. Nhar il-Ħadd dawn iż-żewġ mużewijiet se jiftħu tul is-sigħat normali, mid-09:00 sal-17:00.
Forti Sant’Anġlu se jiftaħ nhar is-Sibt li ġej, mis-18.00 sa nofsillejl.
Nhar il-Ġimgħa filgħaxija il-Mużew Marittimu ta’ Malta se jospita grupp li se jerġa’ jqajjem l-atmosfera li ta’ bejn l-1798 u l-1800, meta l-Birgu kienet taħt okkupazzjoni Franċiża.