Qed ikun irrapportat li tul il-jum saru laqgħat fil-palazz ta’ Buckingham f’Londra bejn MembRi tal-Familja Rjali, b’rabta mal-intervista li taw id-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex il-Ħadd li għadda.
L-invtervista ta’ sagħtejn tmexxiet mix-xandara Oprah Winfrey, u fiha, id-Dukessa Meghan Markle żvelat fost l-oħrajn sitwazzjonijiet ta’ razziżmu waqt li kienet għadha parti mill-Familja Rjali.
S’issa l-Familja Rjali ma ħarġet l-ebda reazzjoni għall-intervista li taw il-Prinċep Harry u martu Meghan Markle.