Studenta Franċiża ammettiet li gidbet fuq l-għalliem Samuel Paty, li nqatel f’Ottubru li għadda wara li wera karikaturi tal-profeta Mohammad lill-istudenti tiegħu.
L-istudenta, li għandha tlettax-il sena, issa ammettiet li ma kinitx fil-klassi meta seħħ dan kollu. Fl-ewwel rakkont li tat, kienet qalet li l-għalliem ordna biex studenti Musulmani joħorġu mil-klassi bex juri l-karikatura tal-profeta.
Samuel Paty nqatel f’Ottubru minn agressur ta’ 18-il sena li ħanxarlu għonqu. Aktar tard kien sar magħruf ukoll li żewġ studenti tħalsu €300 biex jidentifikaw lill-għalliem qabel ma nqatel.
L-agressur, Abdullakh Anzorov, inqatel mill-Pulizija ftit ħin wara l-attakk.