Neurotech, li għandha taħtha lil AAT, kumpanija Maltija, irnexxilha tidħol fis-suq finanzjarju Awstraljan.
Minn Malta, AAT ħolqot prodott inovattiv għal tfal bl-awtiżmu. Imsejjaħ “Mente”, huwa ċintorin li jintlibes mar-ras u li permezz tiegħu jirrlassa n-nervaturi tal-moħħ. Ġenituri ta’ tfal li qiegħdin jipprovaw dan il-prodott qed jgħidu li qiegħdin jaraw biddla. Stejjer ta’ xhieda jinsabu fuq is-sit elettroniku tal-prodott.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat ilbieraħ kien preżenta f’konferenza tal-aħbarijiet fil-Life Sciences Park.