Raġel ta’ 28 sena ġie arrestat b’rabta ma’ serqa armata f’Ta’ Xbiex.
Is-serqa seħħet fil-lejl ta’ bejn l-Erbgħa u l-Ħamis, meta raġel avviċina lil żewġ nisa waqt li kien mexjin max-xatt, aggedihom b’sikkina, ħarab minn fuq il-post b’basket ta’ waħda min-nisa.
L-allegat ħalliel ġie arrestat is-Sibt filgħaxija ġewwa Ta’ Xbiex stess, wara investigazzjoni mill-pulizija tar-Rapid Invention Unit u mid-Dipartiment tar-Reati Maġġuri flimkien mad-Distrett ta’ Tas-Sliema.
Wara li sar l-arrest, il-pulizija għamlet diversi tfittxijiet fid-dar tal-allegat ħalliel instabu affarijiet marbuta ma’ din is-serqa u serq ieħor li seħħ fl-aħħar jiem.
Ir-raġel qed jinżamm arrestat fil-lock-up tad-Depot tal-Pulizija u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.