Franċiż ta’ 30 sena weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-quadbike li kien qed isuq, u waqa’. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3:15pm fi Triq il-Marga fix-Xagħra Għawdex.
Ir-raġel ittieħed mill-ewwel l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal aktar kura, u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każ għadhom għaddejjin.