Membri tal-għaqda Flimkien għall-Ambjent Aħjar qiegħdin isemmgħu leħinhom għaliex qiegħdin jgħidu li l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet applikazzjoni biex żewġ binjiet qrib il-Knisja taż-Żebbuġ Għawdex jitwaqqgħu u jinbidlu f’lukanda.
L-għaqda ssostni li dawn iż-żewġ binjiet huma klassifikati f’kategorija B+, minħabba l-kontribut tagħhom lejn il-karattru taz-zona urbana. Qiegħdin istostnu li dawn il-binjiet, f’zona ta’ konservazzjoni urbana, għandhom ikun protetti, u għalhekk niedew petizzjoni online.
Din il-petizzjoni għandhom l-intenzjoni jibgħatuha lill-Awtorità tal-Ippjanar u s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, li hija l-awtorità legali li tirregola tal-wirt storiku u kulturali ta’ Malta.